Burkina Faso: 17 mejta wara attakk ieħor viljakk

17-il persuna nqatlu u 8 ndarbu xħin tliet persuni fetħu n-nar fuq nies qed jieklu f’ristorant fil-kapitali tal-Burkina Faso, Ouagadougou.
L-attakk qed jitqies wieħed terroristiku, u filwaqt li l-Pulizija qatlet lit-tliet aggressuri, rapporti internazzjonali qed jgħidu li fadal xi nies maqbudin ġewwa.
Hemm il-biża’ li l-aggressuri kienu jiffurmaw parti minn waħda mid-diversi għaqdiet li jorbtu lilhom infushom mal-al-Qaeda, u li hi attiva fir-reġjun ta’ Saħel.
Attakk simili f’ħanut tat-te f’Jannar li għadda ħalla 30 persuna mejta u 170 oħra kienu nżammu ostaġġi mill-al-Qaeda.
L-isparatura seħħet ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-10pm, ħin Malti, u r-ristorant Aziz Istanbul jidher li kien il-mira tal-qattiela.
In-nazzjonalitajiet ta’ dawk li mietu għadhom ma ġewx ikkonfermati, iżda fi sptar lokali ntqal li wieħed mill-mejta huwa Tork.
Il-Burkina Faso huwa parti mir-reġjun tas-Saħel, bħalma hu l-Mali fejn l-attività ta’ gruppi Iżlamiċi hija frekwenti.