Burgers tal-pitravi

Riċetta u ritratt: Maria Pace

Ingredjenti

2 tazzi pitravi ta’ daqs mejdu, imqaxxra

3/4 tazzi oats jew quinoa flakes

nofs tazza dqiq

nofs basla mqattgħa ħafna

2 sinniet tewm mqattgħa ħafna

1 mgħarfa peanut butter

2 kuċċarini sagħtar (thyme)

nofs kuċċarina melħ

kwart ta’ kuċċarina bżar

nofs kuċċarina kemmun

nofs kuċċarina cajun

nofs kuċċarina cayenne pepper (jekk trid)

Metodu

Saħħan il-forn għal 350˚F/ 180˚Ċ.

Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien f’food processor u ħawwad sakemm it-taħlita  tkun magħquda kollha f’daqqa.

Agħmel forom b’idejk bħal meta tagħmel il-pulpetti u poġġi fuq il-pjanċa bil-folja tal-ħami li tkun ippreparajt.

Sajjar għal madwar 30-35 minuta. Dawwar il-burgers f’nofs il-ħin sabiex jsiru miż-żewħ naħat .