Burgers tal-pastard bl-irkotta

Ingredjenti

Nofs pastarda ta’ qies medju

150g irkotta

2 bajdiet imħabbta

2 mgħaref ġobon maħkuk

mgħarfa tursin mqatta’ rqiq

bżar u melħ

Medodu

1. Għalli l-pastarda iżda ħalliha ftit wieqfa. Aqtagħha biċċiet żgħar.

2. Poġġi l-pastard ġo bieqja. Żid l-irkotta u għaffeġ flimkien.

3. Żid il-bajd imħabbat, il-ġobon maħkuk, it-tursin u l-bżar u l-melħ.

4. Ħallat kollox flimkien.

5. Saħħan sewwa taġen bi ftit żejt u b’mgħarfa kbira ferra’ ftit mit-taħlita biex tifforma bħal pulpetti. Sajjar għal ftit minuti fuq kull naħa. Minn ħin għal ħin mexxihom mill-qiegħ b’furketta biex ma jeħlux.

6. Tista’ sservihom bi ftit zalza tat-tadam jew ketchup tat-tadam.