Burgers bil-quinoa, cheddar u ħaxix

Ingredjenti

Stokk tat-tiġieġ tal-melħ mnaqqas

1 tazza Quinoa

1/2 tazza basal

1 kikkra brokkoli

2 karrotti

2 kikkri cheddar matur

1/2 kikkra piżelli

2 bajdiet

Metodu

Sajjar il-quinoa f’2 kikkri tal-ilma jagħlu u stokk tat-tiġieġ tal-melħ imnaqqas, ħalli sakemm il-quinoa tkun assorbiet l-ilma kollu. Imbagħad, neħħi l-borma minn fuq in-nar, għatti u ħalli l-quinoa bil-fwar għal ħames minuti.

F’taġen ta’ daqs medju, saħħan iż-żejt taż-żebbuġa fuq sħana medja, imbagħad żid il-basal imqatta’ rqiq, il-brokkoli u l-karrotti mqaxxra u maħkukin. Ħawwad għal madwar 10 minuti sakemm il-ħaxix jidher qawwi. Fl-aħħar, żid il-piżelli ffriżati.

Fi skutella kbira tal-ħġieġ, ħawwad il-bajd u mbagħad għaqqadhom bil-ġobon imqatta’, il-quinoa msajra (issa mħawra bl-istokk tat-tiġieġ), u l-ħaxix imsajjar.

Itfa’ t-taħlita fuq trej tal-ħami miksija b’karta tal-ħami. Aħmi fuq 180°C għal madwar tmien minuti fuq kull naħa. Tista’ tiffriża f’lottijiet!

Recipe brought to you by mykitchenstories.com.mt