Bumarin jitla’ l-art u jwaqqaf it-traffiku fil-Brażil

Fl-istat ta’ Santa Katarina, il-Brażil, bumarin iddeċieda li jaqsam it-triq b’riżultat li t-traffiku kellu jieqaf għal iktar minn siegħa.

Il-każ seħħ is-Sibt wara nofsinhar meta l-annimal tqil madwar nofs tunellata mexa jixxengel b’passi żgħar mill-Oċejan Atlantiku sakemm sab ruħu fit-triq.

Il-pulizija u l-ħaddiema tat-tifi tan-nar waddbu l-ilma fuq il-bumarin biex iżommuh imxarrab. Wara madwar 90 minuta, l-annimal li deher xi ftit konfuż, reġa’ sab triqtu lejn il-baħar.

Dawn l-annimali jgħaddu ħafna minn ħajjithom fl-ilma u jitilgħu l-art biss biex isibu sieħba.