Bulgara b’sentenza sospiża wara li ġiet akkużata bi prostituzzjoni

Bulgara ta’ 26 sena li kienet akkużata b’rabta ma prostituzzjoni ngħatat is-sentenza ta’ xahrejn priġunerija sospiżi għal sena u mmultata s-somma ta’ €100 wara li ammettiet l-akkużi mressqa kontriha.
Fil-Qorti ntqal li l-mara ntlemħet mill-Pulizija wara li fix-xhur ta’ qabel kienet ġiet avżata biex ma tibqax tmur għall-prostituzzjoni fil-Marsa.
Hija qalet li ma kelliex karta tal-identità u ġiet ordnata wkoll biex ma tersaqx lejn il-Gżira.