Bugħaddasa tittella’ bi grif f’wiċċha f’Għawdex

Il-qilla tal-baħar fl-aħħar ġranet minħabba r-riħ ħalliet bugħaddasa bi ġrieħi f’wiċċa f’Għawdex f’inċident li seħħ ilbieraħ waranofisinhar.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li mara Franċiża ta’ 32 sena sħiċċat bi ġrieħi ħfief wara li kienet qiegħda tipprettika dan l-isport fiż-żona ta’ Wied il-Għasri.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.15pm ta’ waranofsinhar. Fuq il-post issejjħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Irriżulta li l-mara, li bħalissa tirrisjedi f’Marsalforn, kellha xi grif f’wiċċha u għaldaqstant ittieħdet lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.