Read in English.
Bugħaddasa ta’ 35 sena tilfet ħajjitha f’Għawdex.
Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-bugħaddasa kienet qed tgħodos ma’ persuna oħra f’Imġarr ix-Xini. Għal xi raġuni, l-mara li toqgħod ir-Rabat Għawdex sabet ruħha f’diffikultà.
Il-vittma ttelgħet l-art fil-Port tal-Imġarr minn dgħajsa tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) u tim mediku ta l-ewwel għajnuna. Madanakollu l-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.
Il-każ seħħ għall-10.30am.
Infetħet inkjesta maġisterjali dwar il-każ.