​Bugħaddas Portugiż salvat mill-baħar fid-Dwejra

Bugħaddas Portugiż ġie salvat mill-Forzi Armati ta’ Malta fl-inħawi tad-Dwejra f’Għawdex, wara li sab ruħu f’diffikultà fil-baħar.
Il-bugħaddas intlemaħ mill-ħelikopter hekk kif beda jxejjer għall-għajnuna.
Wara li ttella’ fuq il-ħeliopter, ir-raġel baqa’ jittieħed lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.