Bugħaddas fil-periklu tal-mewt wara li jintlaqat minn skrun

Bugħaddas jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn skruwn ta’ dgħajsa. Ir-raġel ta' 45 sena u li huwa Filandiż, kien qed jgħodos f’Kemmuna flimkien ma' persuni oħra.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-ambulanza waslu fil-post fejn taw l-ewwel għajnuna.

Hu mifhum li r-raġel sofra minn ġrieħi gravi f’rasu, għonqu u spalltu. Mall-wasla tiegħu l-isptar huwa ġie ċċertifikat li kien fil-periklu tal-mewt.