Bugħaddas jitlef ħajtu fid-Dwejra

Bugħaddas Ingliż ta’ 52 sena tilef ħajtu meta għal xi raġuni sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jogħdos ma’ grupp ta’ għaddasa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.15 ta’ waranofsinhar fid-Dwejra, meta l-Pulizija tal-Għassa tar-Rabat Għawdex kienu infurmati li l-għaddas kellu bżonn l-għajnuna.
Ir-raġel ittella’ fuq il-blat min-nies li kien hemm fl-akwati u ngħata l-ewwel għajnuna sakemm waslet l-ambulanza, iżda ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha filwaqt li ġiet appuntata inkjesta.