Aġġornata: Bugħaddas jitlef ħajtu fl-Għadira

Raġel ta' 39 sena ta' Nazzjonalità Żvediża tilef ħajtu traġikament wara li sab diffikultà waqt li kien qed jgħodos fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa. Fuq il-post issejjħet l-għajnuna tal-Forzi Armati ta' Malta li tellgħu lir-raġel max-xatt fejn ġie ċċertifikat li tilef ħajtu.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa, fejn ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
Intant iktar investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratt: Daniela Cathya Portelli