Bugħaddas f’diffikultà fiċ-Ċirkewwa; jiddaħħal l-isptar

Bugħaddas iddaħħal l-isptar Mater Dei għall-kura wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jogħdos fiċ-Ċirkewwa.

Il-każ seħħ dalgħodu ftit qabel l-10am b’kelliema għall-Pulizija tikkonferma li l-bugħaddas iddaħħal l-isptar għall-osservazzjoni.

Ir-raġel huwa Ġermaniż ta’ 59 sena residenti l-Mellieħa. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.