Bugħaddasa titlef ħajjitha f’Għawdex

Mara ta’ 43 sena mietet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn iddaħħlet mitlufa minn sensiha wara li kienet qed togħdos ma’ grupp  fl-akwati tax-Xatt l-Aħmar, limiti ta’  Għajnsielem.

L-inċident seħħ fis-6.45pm tal-bieraħ meta l-mara ttelgħet fuq dgħajsa u ttieħdet il-Port tal-Imġarr. Il-mara, li hija Ingliża, iddaħħlet l-isptar fil-periklu li titlef ħajjitha.

Dwar il-każ inħatret inkjesta mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri.