Buffon mhux se jibqa’ ma’ PSG

Gianluigi Buffon mhux se jkun qed jibqa’ ma’ Paris Saint-German għas-season li ġej. Dan ikkonfermah il-klabb. L-eks stilla ta’ Parma u Juventus ipprova esperjenza ġdida f’Ligue 1 fl-età ta’ 40 sena, iżda mhux se jkun qed jestendi l-kuntratt li jiskadi fit-30 ta’ Ġunju ta’ din is-sena.

“Illum l-avventura tiegħi bogħod mill-Italja tispiċċa: PSG ipproponew tiġdid tal-kuntratt li ma ħassejtnix lest biex naċċettah minħabba li x-xewqa tiegħi hi li nipprepara għal esperjenzi personali ġodda u sfidi professjonali ġodda.” Huwa stqarr dan id-diskors fuq il-kont personali tiegħu ta’ Instagram.

Il-klabb sostna li huma onorati li kellhom parti mit-tim tagħhom l-ikbar gowler fl-istorja tal-futbol, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2006 u gowler li rebaġ ħafna premjijiet individwali mill-bidu tal-karriera tiegħu.