Buffon jingħaqad ma’ PSG

Gianluigi Buffon mhux bi ħsiebu jirtira għalissa hekk kif il-goalkeeper veteran iffirma kuntratt ta’ sena ma’ Paris Saint-Germain.

L-eks plejer ta’ Juventus lagħab 176 darba mal-Azzurri u rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2006. Hu qatta’ 17-il sena mar-rebbieħa renjanti tas-Serie A fejn kiseb bosta unuri f’656 logħba. Madanakollu naqas milli jirbaħ il-UEFA Champions League matul karriera li diġà ilha 23 sena, b’telfa fl-2003 kontra AC Milan, fl-edizzjoni ta-2015 kontra Barcelona u fl-2017 kontra Real Madrid.

Il-plejer ta’ 40 sena se jiġi ppreżentat bħala akkwist ta’ PSG nhar it-Tnejn u mistenni jikkompeti ma’ Alphonse Areola għal post mal-ewwel ħdax.

Miġjub lilek minn Hublot