Buffon ipartat il-flokk mat-tifel ta’ Lilian Thuram

Gianlugi Buffon, li sar plejer ta’ Paris Saint Germain wara li temm perjodu ta’ 17-il sena ma’ Juventus, partat il-flokk ma’ Marcus Thuram wara r-rebħa ta’ 3-1 kontra Guingamp. Marcus huwa t-tifel tal-eks difensur Franċiż Lilian Thuram li lagħab maġenb Buffon meta t-tnejn kienu ma’ Parma u wara ma’ Juventus.

L-attakkant ta’ Guingamp twieled fis-6 t’Awissu 1997 ġewwa Parma u beda l-karriera tiegħu ma’ Sochaux fl-2015. Missieru lagħab rekord ta’ 142 darba ma’ Franza u kellu karriera brillanti fejn irnexxielu jirbaħ darbtejn is-Serie A, it-Tazza UEFA, it-Tazza tal-Italja u anke t-Tazza tad-Dinja fl-1998.