Buffon iħalli lil Juve wara 17-il sena

Waqt koferenza stampa li ttellgħet dalgħodu Gianluigi Buffon ħabbar li wasal fit-tmiem tal-esperjenza kalċistika tiegħu ma’ Juventus. Il-goalkeeper li matul karriera brillanti rebaħ sensiela ta’ unuri mal-klabb Taljan, mhuwiex ser iġedded il-kuntratt tiegħu mal-bianconeri.
Madanakollu l-plejer ta’ 40 sena għadu mhux ċert jekk huwiex se jieqaf għal kollox u sostna li rċieva numru ta’ offerti. Kien lura fl-1995 li Buffon għamel id-debutt professjonali tiegħu ta’ 17-il sena fil-logħba bejn Parma u Milan u minn dak iż-żmien ’l hawn lagħab 639 logħba fil-Serie A.
Hu rebaħ 9 kampjonati ma’ Juventus, 5 Coppa Italia, Uefa Cup ma’ Parma u anke t-Tazza tad-Dinja mat-tim nazzjonali Taljan fl-2006.