Buffi tat-twerwir fi Franza

Fi Franza, grupp ta’ żgħażagħ maskarati ta’ buffi ħolqu biża’ kbir hekk kif infexxew fi vjolenza fuq karozzi u nies li kienu għaddejjin għal triqithom.
Il-Pulizija, fl-aħħar jiem, arrestat 14-il żagħżugħ maskarat u armati b’pistoli, skieken u bsaten tal-ħadid wara mill-inqas sitt rapporti ta’ vjolenza fi ftit jiem.
Raġel li kien għaddej fit-triq spiċċa laqqat daqqa ta' ħadida waqt li mill-inqas persuna oħra li kienet qed issuq il-karozza tagħha laqqtet daqqiet vjolenti fuq il-karozza li kkaġġunaw ħsarat kbar.