​Budget2018: “Il-pensjonanti se jkunu aħjar”

Jissoktaw il-konferenzi tal-aħbarijiet mill-Ministri u Segretarji Parlamentari bit-tema Malta: Inlestu għall-Futur, li matulhom qed jidħlu f’aktar dettall fis-setturi li huma responsabbli għalihom.
Il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon iltaqa’ mal-Għaqda Pensjonanti tal-General Workers’ Union u stqarr li fl-2016 u fl-2017, iddaħħlu diversi miżuri għal firxa wiesgħa ta’ pensjonanti li wasslu biex dawn bdew jiżdiedu b’mod sostanzjali wara 25 sena.
“Aktar investiment fil-Kultura” – Il-Kunsill Malti għall-Arti
Il-Kunsill Malti għall-Arti (ACM) qal li huwa stmat li l-baġit għall-kultura fl-2018 se jkun dak ta’ 1.6% tal-infiq totali tal-Gvern. Spjega li din se tkun l-akbar figura li qatt kellu dan il-baġit.
Waqt konferenza tal-aħbarijet is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima spjega li se jsiru proġetti li jinkludu dak fis-sit ta’ Maria Assunta b’investiment ta’ madwar miljun Ewro, fejn ser ikunu qed jitlestew l-ewwel fażijiet ta’ snookerhall u handball court, filwaqt li l-komunità ta’ Wied il-Għajn se tkun qed tibbenefika mix-xogħol li se jitlesta fuq grawnd tal-futbol b’investiment ta’ madwar żewġ miljun u nofs Ewro.
Ritratt: DOI – Clodagh Farrugia O’Neill