Budget 2018: L-aktar 20 miżura li spikkaw

Mill-miżuri u l-proposti li l-Ministru tal-Finanzi semma waqt id-diskors tal-Baġit, Newsbook.com.mt għażel 20 proposta li jispikkaw:

  • €1.75 fil-ġimgħa żieda tal-għoli tal-ħajja
  • Żieda ta’ €3 fil-ġimgħa għall-ħaddiema b’paga minima
  • Tnaqqis fit-taxxa għal kull ħaddiem li jaqla’ inqas minn €60,000
  • Ċekk ta’ darba li jvarja bejn €40 u €68 lill-ħaddiema kollha
  • Trasport pubbliku b’xejn għaż-żgħażagħ bejn is-16 u l-20 sena
  • Il-miżati għall-eżamijiet tal-Matsec u tas-SEC se jorħsu bin-nofs is-sena d-dieħla u jitneħħew kollha mill-2019
  • Estiża l-iskema tal-First Time Buyers; Titnaqqas it-taxxa tal-boll għas-second-time buyers sa massimu ta’ €3,000
  • Anzjani li jidħlu fid-djar tal-anzjani u jagħtu d-djar tal-Gvern lura jitteħdilhom 60% u mhux 80% tal-pensjoni
  • Se tiġi ppublikata White Paper bi proposti dwar emendi fil-liġi tal-kera. Mhux se jiddaħħal il-kontroll tal-kera
  • €8.15 fil-ġimgħa għal dawk li jieħdu ħsieb membri tal-familja tagħhom
  • Servizzi b’xejn ta’ awditjar lill-familji biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija
  • Mina bejn Malta u Għawdex: Għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet u l-istħarriġ dwar il-ġeoloġija
  • Għajnuna sa massimu ta’ €10,000 biex il-ġenituri addottivi jkopru l-ispejjeż – Tapplika biss għal dawk li diġà bdew il-proċess biex jaddottaw
  • Fliexken tax-xorb: Flus lura mar-ritorn tal-kontenituri tal-plastik u l-ħġieġ
  • Se jiġġedded il-Programm ta’ Bejgħ taċ-Ċittadinanza
  • L-ammont tal-pensjoni tas-servizz se jiżdied b’€200
  • Xerrejja tal-propjetà f’Għawdex iħallsu 2% flok 5% fir-rata tal-boll.
  • Jibdew il-preparamenti għal parkeġġ ieħor taħt l-art f’Mater Dei
  • Il-ġbir ta’ skart organiku fil-borża l-bajda se jinfirex ma Malta kollha
  • Se tiġi asfaltata t-triq tal-Imtaħleb għat-tlielaq tal-karozzi

Skontok liema huma l-aqwa proposti tal-baġit 2018?