B’tifkira tal-Papa San Ġwanni Pawlu t-Tieni

Il-Fondazzjoni Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni fi sforz biex tfakkar l-100 sena mit-twelid ta’ dan il-Papa u t-30 sena mindu żar il-gżejjer Maltin, dawn il-jiem għamlet quddiesa fil-festa liturġika tiegħu fit-22 ta’ Ottubru  fil-Knisja Parrokkjali t’Għajnsielem li tqaddset minn Monsinjur Gużeppi Attard li għamel żmien twil f’Ruma, filwaqt li matul il-jiem li għaddew stiednet lil ‘Bromley High School Jazz Orchestra & Choir’ mir-Renju Unit li taw żewġ kunċerti fl-Imdina u l-Mosta u ieħor fil-pjazza t’Għajnsielem.

Matul dawn il-kunċerti li ntlaqgħu ferm tajjeb, dawn l-istudenti kantaw siltiet  magħrufa fosthom  ‘My favourite Thing’ mill-Musical  ‘Sound of Music’, ‘Moon River’, ‘Summer time’, ‘What a Wonderful World’, ‘When I fall in love’, ‘Can’t take my eyes Off You’ flimkien ma’ oħrajn.

It-Tnejn, 21 ta’Ottubru, fuq il-presbiterju tal-Knisja tal-Madonna ta’ Loreto f’Għajnsielem, Jacob Portelli fuq l-arpa u Emese Toth fuq il-vjolin taw ‘A Duo Recital’ li kien jinkludi fost l-oħrajn l-‘Ave Maria’ ta’ Caccini, ‘Queen of Sheeba’ ta’ Ħandel, ‘Laudate Dominum’ u ‘Voi che Sapete’ ta’ Mozart, l-Intermezz mill-‘Cavalleria Rusticana’ ta’ Mascagni, ‘O Mio Babbino Caro’ u ‘Nessun Dorma’ ta’ Puccini u oħrajn li fil-mumet ma niftakarx.  Il-Fondazzjoni JP2 organizzat ukoll Manfestazzjoni dwar dan il-Prelat Pollak għat-tfal tal-iskola Primarja t’Għajnsielem li kienu wkoll indirizzati mill-Arċipriet tal-Parroċċa.

Il-Fondazzjoni qed tistieden lill-pubbliku nġenerali għal tliet okkażjonijiet oħra li huma: Kunċert mis-‘Salisbury Community Choir’ mir-Renju Unit li sa jsir fil-Knisja tan-Nattivita’ fin-Naxxar nhar it-Tlieta 29 ta’ Ottubru fis-6.45pm; kunċert ieħor mill-istess Kor mistieden  fil-Knisja  tal-Annunzazzjoni fil-Birgu l-għada l-Erbgħa 30 ta’ Ottubru fis-7pm; u l-aħħar kunċert minn dan il-Kor Ingliż nhar il-Gimgħa l-1 ta’ Novembru fil-Knisja Bażilika ta’ Porto Salvu u San Duminku fis-6.45pm.