B’sorpriża tiltaqa’ man-neputi tagħha li jgħix f’Melbourne

Ritratt: The Fotografer (Fgura)

L-edizzjoni tal-lum tal-programm Araniissa hija l-aħħar waħda għal dan l-istaġun u matul il-programm mhux se jonqsu s-sorpriżi hekk kif Joseph Chetcuti u t-tim tiegħu se jagħtu sorpriża ħelwa lin-nanna Manuela li mingħajr ma tkun qed tistenna tiltaqa’ man-neputi tagħha George Adam li jgħix f’Melbourne fl-Awstralja.

Speċjali wkoll hija l-istorja tat-tranformazzjoni ta’ Rosanne tfajla determinata li għaddiet minn ħafna iżda li kienet b’rieda soda li tonqos mill-piż.

Se naraw l-istorja taċ-ċkejkna Marianne u s-sorpriża li hemm imħejja għall-familha tagħha.

L-applikazzjonijiet għall-edizzjoni li jmsis ta’ Araniissa huma miftuħa u jekk tridu tagħtu xi sorpiża ċemplu fuq  9922 9011.

L-aħħar programm ta’ Araniissa jixxandar illejla fit-8.30pm fuq l-istazzjon One u bħas-soltu huwa ppreżentat minn Joseph Chetcuti.