Brunġiel mimli bil-Fenek

Riċetta ta' Karmen Tedesco
Temperatura 180C, 350F, Gas Mark 4       
Ingredjenti:
4 brunġiliet
200gr basal
4 sinniet tewm
Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
200gr qarabagħli
300gr bżar aħmar
600gr tadam
300gr laħam tal-fenek
Mgħarfa kappar
12- il żebbuġa
Mgħarfa ħabaq
Kuċċarina sagħtar
2 mgħaref ħafur
Metodu:
1. Aqsam il-brunġiel min-nofs.
2. Poġġi n-nofsijiet tal-brunġiel fil-borma u għalli għal 5 minuti.
3. B‘imgħarfa neħħi l-qalba.
4. Poġġi l-basal u t-tewm ġo taġen flimkien maż-żejt taż-żebbuġa
5. Sajjar sakemm il-basal jirtab.
6. Żid il-qarabagħli u l-bżar aħmar u qattahom biċċiet żgħar.
7. Sajjar sakemm jirtabu.
8. Żid il-qalba tal-brunġiel flimkien mat-tadam u sajjar għal 10 minuti oħra.
9. Fl-aħħar nett żid il-biċċiet tal-fenek , il-kappar, iż-żebbuġ, il-ħabaq, is-sagħtar u l-ħafur.
10. Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien u sajjar għal 5 minuti oħra.
11. Imla il-qoxra ta‘ barra bit-taħlita.
12. Poġġihom ġo dixx u sajjar għal 45 minuta.
Segwi aktar riċetti fuq il-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK