Bruce Springsteen jagħlaq 70 sena

Ritratt: Craig O'Neal

Ir-rock star l-aktar onorat fl-Istati Uniti llum qed jiċċelebra għeluq is-70 sena tiegħu. Qed nirreferu għal Bruce Springsteen li f’karriera ta’ aktar minn 50 sena rebaħ 20 Grammy Awards, Oscar għal Streets from Philadelphia, żewġ Golden Globes, u għadd ta’ unuri waqt l-American Music Awards u l-MTV Awards.

Minkejja dawn is-suċċessi, u minkejja l-popolarità tal-kanzunetti tiegħu, Springsteen, li huwa mlaqqam “The Boss”, qatt ma rnexxielu jitla’ fil-quċċata tal-klassifiċi mużikali fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti.

Bħala artist solista, hu kkalkulat li Springsteen biegħ 135 miljun diska madwar id-dinja, b’64 miljun minnhom fl-Istati Uniti biss.

Bruce Springsteen twieled bħal-lum 70 sena ilu, eżattament nhar it-23 ta’ Settembru 1949. Ilu minn Lulju tal-1990 miżżewweġ lil Patti Scialfa, u għandhom tlett ulied, Evan, Jessica u Samuel.