Bruce – il-kelb il-baħar ta’ Jaws … u l-avukat ta’ Steven Spielberg!

Meta ħareġ il-film Jaws fl-1975 tad-direttur Steven Spielberg il-karattru prinċipali kien Bruce, il-kelb il-baħar ġgantesk li kien ikisser dak li jsib quddiemu, jiekol li kull min jiġi taħt snienu u jiflaħ għal dak kollu li jagħmlulu biex jeqirduh.

Il-kelb il-baħar kien oriġina mir-rumanz Jaws ippubblikat fis-sena ta’ qabel. Steven Spielberg ra mill-ewwel il-potenzjal tal-kitba biex jagħmlu film spettakolari kif fil-fatt seħħ. Biex jagħmel il-film kellu bżonn il-finanzi u sakemm spiċċa jagħmel il-film talab aktar u aktar flus. L-avukat tiegħu xejn ma ħa gost b’dawn ir-talbiet għall-flus u kemm-il darba pprova jwaqqaf lil Steven Spielberg milli jitlob aktar flus.

Meta spiċċa l-filming kien hemm min staqsa lid-direttur għaliex kien semma l-kelb il-baħar Bruce.

“Faċli din,” jingħad li rrisponda Steven Spielberg. “Dak kien l-isem l-avukat tiegħi … shark mill-kbar!”