Brownies taċ-ċikkulata u peanut butter

Brownies li jissajru fil-microwave

Ingredjenti

75g butir

50g peanut butter

bajda mħabbta

25g kokotina

50 dqiq plain

100g zokkor

ftit ġamm jekk tixtieq

Metodu

Idlek bil-butir kontenitur tond ta’ 15ċm.

F’bieqja ħallat flimkien il-butir u l-peanut butter, għattihom u dewwibhom għal kollox f’microwave oven. Oħroġ mill-forn u ħawwad tajjeb. Ħallihom jibirdu u wara żid il-bajda sakemm tara li tħalltu.

Ferragħ t-taħlita fil-kontenitur li tkun ippreparajt imbagħad itfa’ l-kokotina, id-dqiq u z-zokkor. Ħallat bil-mod sakemm ikollok taħlita ftit iebsa.

Jekk tkun trid agħmel xi toqob fil-wiċċ b’kuċċarina u imliehom bil-ġamm.

Daħħal fil-microwave u sajjar għal bejn 4-5 minuti fuq temperatura għolja. Oħroġ mill-forn u ħalli jibred għal mhux inqas minn 15-il minuta.Tista’ sservi jew kif ikunu jew inkella mal-ġelat jew custard.