Brownies eċċezzjonali

Ingredjenti

60g butir

130g zokkor abjad

2 bajdiet

1 kuċċarina essenza tal-vanilla

45g kokotina

60g dqiq plain

niskata melħ

¼ ta’ kuċċarina baking powder

Għall-ġelu

3 mgħaref butir imrattab

3 mgħaref kokotina

mgħarfa għasel

1 kuċċarina estratt tal-vanilla

130g icing sugar

Metodu

Saħħan il-forn għal 175˚Ċ (350˚F).  Idlek bil-butir landa kwadra tal-forn ta’ 20ċm u roxx ftit dqiq fil-qiegħ tagħħa.

F’kazzola kbira dewweb il-butir. Neħħi minn fuq in-nar u ħallat fiha z-zokkor, il-bajd u l-vanilla. Ħawwad tajjeb il-kokotina, id-dqiq, il-melħu l-baking powder. Ferragħ fil-landa li se taħmi fiha.

Aħmi fil-forn bejn 25 u 30 minuta. Oħroġhom mil-landa biex tkun tista’ tiksihom bil-ġelu meta jkunu għadhom sħan. Aqtagħhom f’biċċiet.

Biex tagħmel il-ġelu ħallat tajjeb flimkien l-ingredjenti kollha sakemm ikollok taħlita lixxa.