Brooke ma tridx lil Taylor qrib it-tarbija fi Beautiful

Hunter Tylor u Annika Noel

Matul din il-ġimgħa tkompli s-soap opera Amerikana The Bold & The Beautiful fuq l-istazzjon Taljan Canale 5 nhar ta’ Ħadd fis-2pm u mit-Tnejn sas-Sibt fis-1.40pm.

Dan hu dak li mistenni jiġri ġurnata b’ġurnata,

Il-Ħadd 10 ta’ Novembru

Taylor tirrabja ma’ Liam li stqarr ma’ Hope is-sigriet tiegħu. Titolbu biex jikkonvinċi lil Hope u lil Brooke biex ma jirrapurtawhix. Ridge jidher li qed jagħti appoġġ lil Taylor.

It-Tnejn 11 ta’ Novembru

Hope u Brooke huma konvinti li jkun għall-ġid ta’ kulħadd jekk Taylor titlaq mill-Belt. Taylor iżżur lit-tabib tagħha u tiltaqa’ ma’ Reese.

It-Tlieta 12 ta’ Novembru

Zoe tinkwieta li missierha jista’ joħloqilha xi problem mal-Forrester’s. Hemm wisq x’titlef minħabba fil-ħbiberija tiegħu ma’ Taylor.

L-Erbgħa 13 ta’ Novembru

Steffy toffri lil ommha biex tmur tgħix magħha. Brooke tkompli tinsisti ma’ Bill biex jagħmel rapport lil Taylor.

Il-Ħamis 14 ta’ Novembru

Hope tinkwieta fuq l-istat mentali ta’ Taylor u fl-istess waqt tgħir għal dak li hemm bejn Liam u Steffy.

Il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru

Wyatt u Sally jkomplu jgħixu l-istorja ta’ mħabba tagħhom.  Brooke tinkwieta li Taylor sejra tgħix ma’ Steffy u titlob lil Bill biex iżomm il-mara ‘l bogħod mit-tarbija ta’ Steffy.

Is-Sibt 16 ta’ Novembru

Scott Clifton u Annika Noelle. Ritratt Howard Wise/jpistudios.com

Hope ma tridx li Taylor tkun parti mill-ħajja tat-tarbija. Titlob lil Liam biex jiċċara l-pożizzjoni tiegħu u jekk hux se jitlaqha biex ikun ma’ Steffy.