Brokkoli bil-kappar iggriljati

Ingredjenti

1 brokkoli

2 irjus tat-tewm, imqattgħa rqiq

1 kuċċarina żejt taż-żebbuġa

1 kuċċarina kappar

nofs bżaru aħmar, imqatta’ biċċiet żgħar

1 kuċċarina ħall aħmar

bżar u melħ

Metodu

Ipprepara l-brokkoli billi taqta’ l-fjuri u tqatta’ biċċiet il-kumplament

Saħħan ħafna l-grill tal-forn u poġġi l-gradilja qribu kemm tista’.

Ħallat flimkien il-brokkoli, it-tewm, iż-żejt, il-kappar u l-bżaru aħmar. Poġġihom fuq tilar tal-forn. Roxx ftit bżar u melħ.

Poġġi taħt il-grill għal madwar 3-4minuti sakemm tara li saru.

Ħallathom mal-ħall u servi.