Brodu bil-pulpetti

soppa bil-pulpetti

Ingredjenti

Għall-pulpetti

2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

500g laħam taċ-ċanga kkapuljat

basla mqattgħa rqiqa

mgħarfa tursin, mqatta’ rqiq

bajda mħabbta

melħ u bżar mitħun

Għaz-zalza tal-bajd u l-lumi

2 kikkri stokk tat-tiġieġ

3 bajdiet

meraq ta’ żewġ lumijiet

2 kuċċarini cornflour

Metodu

Poġġi fi skutella l-ingredjenti kollha tal-pulpetti minbarra ż-żejt. Ħawwad kollox flimkien sew u fforma t-taħlita f’pulpetti żgħar daqs żebbuġa. Ferragħ ż-żejt f’borma u poġġi l-pulpetti. Għatti l-pulpetti bl-ilma u ħalli l-pulpetti jsiru bil-mod għal 30 minuta.

Wara 15-il minuta żid l-għaġin żibeġ.

Ħallat il-cornflour mal-meraq tal-lumi f’kontenitur żgħir. Ħabbat il-bajd fi skutella, żid it-taħlita tal-lumi u kompli ħabbat. Żid l-istokk jaħraq ħafna waqt li tħabbat il-ħin kollu.

Meta l-pulpetti jkunu saru niżżel minn fuq in-nar u żid it-taħlita tal-bajd u l-lumi filwaqt li tħawwad sew bil-mod.

Servi bi ftit tursin fil-wiċċ.