BRND WGN l-ewwel b’riklamar fuq Spotify

BRND WGN hija l-ewwel aġenzija kreattiva f’Malta li użat Spotify f’kampanja tar-riklamar.
Il-kampanja GO Limitless, li tnediet aktar kmieni dan ix-xahar, użat is-servizz tal-mużika live-streaming Spotify biex twassal il-messaġġ tagħha lill-udjenza żagħżugħa.
“BRND WGN dejjem tipprova toħroġ b’ideat ta’ kampanji tar-riklamar innovattivi biex il-messaġġ tal-klijenti tagħna jitwassal b’mod interessanti. Bħalissa, Spotify huwa l-aktar servizz tal-mużika popolari f’Malta qalb udjenza li konna qed nimmiraw li nolqtu. Kienet opportunità sabiħa naħdmu ma’ Spotify,” qalet id-Direttriċi tal-Media, Lisa Browning, mill-uffiċċju ta’ BRND WGN.
“Permezz tal-kampanja GO Limitless xtaqna nfakkru lin-nies fil-memorji speċjali tagħhom u ngħidulhom li huma dawn il-mumenti sempliċi li jgħoddu fil-ħajja. Spotify huwa perfett biex inwasslu dan il-messaġġ lill-udjenza żagħżugħa għax huwa servizz għal qalbhom,” qalet Teresa Rizza, Maniġer tal-Marketing u Komunikazzjoni, Sponsorships & Events għal GO.
Il-kumpanija Spotify tnediet fl-2008 u llum il-ġurnata hija l-akbar servizz ta’ mużika live-streaming, toffri aċċess dirett għal aktar minn 30 miljun diska. Is-servizz wasal Malta f’Diċembru tal-2013.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.