Britannia Services Ltd tinawgura uffiċċju ġdid fil-Ħamrun

Storja ta’ suċċess permezz ta’ servizz ta’ ivvjaġġar ta’ kwalita’ u serjeta’ fejn l-individwu dejjem kien fiċ-ċentru tal-operat tagħha.

Il-kumpanija Britannia Services Limited inawgurat uffiċċju ġdid fil-Ħamrun li se jservi bħala l-uffiċċju ewlieni għall-operat tal-kumpanija.

Noel Farrugia, Direttur Maniġerjali tal-kumpanija, qal li l-Britannia Services Limited evolviet tul medda ta’ 38 sena, minn kumpanija li kienet toffri ġiti għal gruppi ta’ persuni lejn Sqallija permezz tal-M/V Ghawdex għal waħda li llum tipprovdi servizz ta’ tours jew ivvjaġġar personali, prattikament madwar kull rokna tad-dinja, inkluz tours long haul lejn destinazzjonijiet bħal l-Amerika t’Isfel jew il-Lvant mbiegħed.

Farrugia rrimarka li illum Britannia Services Ltd hija sinonima mal-konsumatur bħala kumpanija li toffri servizz ta’ ivvjaġġar ta’ kwalita’ u serjeta’ fejn l-individwu dejjem kien fiċ-ċentru tal-operat tagħha.

Huwa qal ukoll li l-Britannia Services Limited qed topera mhux biss minn diversi fergħat madwar Malta u ohra f’Ghawdex, izda investiet ukoll uffiċċju ġewwa s-Slovenja fejn stabbilixxiet ruħha billi tippromwovi lil Malta f’dan is-suq Ewropew u tattira turisti Sloveni lejn xtutna.

Minbarra dan, Farrugia ħabbar ukoll li l-Britannia Services Limited, permezz ta’ ftehim mal-Atlas Insurance PCC Limited issa qed toffri wkoll servizz ta’ kwalunkwe tip ta’ assigurazzjoni minn ġewwa l-fergħa l-ġdida tal-Hamrun sabiex jigi kkonsolidat il-filosofija tal-kumpanija li l-klijenti tagħha jkunu moqdija sal-inqas dettal possibbli, u dan għaliex zgur li l-ivvjaġġar u l-assikurazzjoni jimxu id f’id flimkien.

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli li kienet preżenti għal din l-inawgurazzjoni, kellha kliem ta’ tifħir għall-kumpanija tal-ivvjaġġar Britannia Services Limited fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni ta’ dan l-uffiċċju l-ġdid fil-Ħamrun.

Farrugia Portelli ħeġġet lill-istess kumpanija biex tkun parti mill-proġett li kien għadu kemm ġie mħabbar fir-rigward ta’ Climate Friendly Travel. Farrugia Portelli awgurat iktar snin ta’ suċċessi lill-kumpanija Britannia.

Preżenti wkoll għal din l-inawgurazzjoni kienu l-kelliem tal-Oppożizzjoni ghat-Turiżmu Robert Arrigo u s-Sindku tal-Ħamrun Christian Sammut.

Dan il-kontenut imwassal minn Britannia Services Ltd