Brinġiel Parmiġġjan

Ingredjenti

3 brinġiel mhux kbar

ras ta’ tewma mqattgħa

600ml (bott) passata tat-tadam

10 weraq tal-ħabaq

180g ġobon mozzarella sslajslat

60g ġobon parmiġġjan maħkuk

żejt biex taqli l-brinġiel

2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

melħ

Metodu

Qatta’ slajsis il-brinġiel għat-tul fi ħxuna ta’ ftit aktar minn ċentimetru. Ħallihom fl-ilma għal nofs siegħa. Oħroġhom mill-ilma, ixxuttahom u aqlihom sakemm jieħdu kulur dehbi. Agħmilhom f’passatur biex iqattru.

Sadattant lesti z-zalza tat-tadam. Aqli t-tewm fiż-żejt taż-żebbuġa għal minuta. Żid il-passata tat-tadam, il-ħabaq u l-melħ. Sajjar mgħotti f’borma fuq nar baxx ħafna għal 10 minuti. Ħalli fil-ġenb.

Biex tagħmel il-parmiġġjana ferrex ftit zalza tat-tadam f’dixx tajjeb għall-forn. Agħmel ftit brinġiel fil-wiċċ, zalza tat-tadam, il-ġobon maħkuk u l-mozzarella. Erġa’ rrepeti kollox sakemm tuża l-brinġiel kollu. Spiċċa biz-zalza tat-tadam fil-wiċċ  u ġobon maħkuk.

Sajjar fil-form għal 20-25 minuta sakemm jiħmar il-wiċċ. Servi sħun.