Brinġiel Parmiġġjan

Ingredjenti

6 brinġiliet żgħar

600g mozzarella

600g tadam imqaxxar

100g ġobon Parmiġġjan

80g basal imqatta’ rqiq

3 weraq tal-ħabaq imqatta’ rqiq

ftit dqiq

żejt taż-żebbuġa

melħ u bżar

Metodu

Lesti l-brinġiel billi taħslu u tqattgħu roti roti.

Ħallat flimkien iż-żejt, il-basal, it-tadam, il-weraq tal-ħabaq u l-melħ u l-bżar.

Għaddi l-brinġiel mid-dqiq u aqlih fiż-żejt.

Poġġi saff brinġiel fil-qiegħ tad-dixx tal-forn, imbagħad fuqu roxx ftit ġobon pariġġjan, ftit mit-taħlita tat-tadams u l-biċċiet tal-mozzarella.

Irrepeti dan il-proċess sakemm tuża l-ingredjenti kollha. Spiċċa b’saff tat-tadam u mozzarella.

Sajjar f’forn jaħraq għal madwar 20 minuta.

Servi sħun.