Bring-in site jew miżbla illegali?

Minkejja li l-għan ewlieni tagħhom hu li joffru lir-residenti spazju fejn wieħed jeħles mill-iskart b'mod għaqli, xi bring-in sites qed ikunu lok għall-abbuż kif wieħed jeħles mill-affarijiet li ma jkollux bżonn.
Kif jixhdu dawn ir-ritratti stess ta' bring-in site fl-Imtarfa, li tinsab propju quddiem l-iskola sekondarja.
Newsbook.com.mt huwa infurmat li diġa' inġibdet l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali dwar dan.