Brimbu u Warda jaslu għand in-nanna

Dalgħodu fl-10.15am, TVM se jkun qed ixandar żewġ episodji oħra mis-sensiela Il-Misteru tan-Nannu Ton fejn naraw lil Brimbu u lil Warda jaslu għand in-nanna. Sharon u Mark tgħidx kemm huma ferħana għax bi ħsiebhom idawruhom ma’ Malta kollha. Nina, il-ġara ta’ Dolor, għadha ġejja u sejra għandha, iżda hemm wkoll is sinjura Spedit, jew aħjar Xewka, li l-ħin kollu qed tiġi ddejjaq lin-nanna biex tixtri jew tikri d-dar tagħha.

Imma għalfejn tridha d-dar tan-nanna din Xewka? Nusu issa għandu responsabbiltà kbira biex jara li Agii qed timxi mingħajr problemi. Iżda x’kien fiha dik l-ittra urġenti li ġab wieħed suldat mingħand Xewka?

Fit-tieni episodju tal-lum naraw jekk Mark u Nusu jinqabdux minn Xewka u s-suldati tagħha. Jew hemm xi tama li jsalvaw? U waqt li Brimbu u Warda qed jieħdu ftit tan nifs u jgawdu l-gżira sabiħa tagħna, Malta, fid dinja ta’ Agii qed ikompli jsir taqlib kbir.

Imma x’qed jinkiteb aktar fil-ktieb tal misteri? U għaliex Xewka trid tieħu f’idejha hi d-dinja ta’ Agii? Xi skop għandha? Tgħid skop tajjeb għandha? Jew wieħed ħażin?

Jieħdu sehem: Jurgen Ciantar, Carly Zarb, Raoul Briffa, Dylan Hili, Amarea Camilleri, Rebecca Ferrante, Louise Cassar u Mike Mifsud fost oħrajn.

Il-Misteru tan-Nannu Ton għandu kitba ta‘ Dominic Said, bi produzzjoni ta‘ Hermann Bonaci u direzzjoni ta‘ Frida Cauchi.