Brimbu għaliex huwa mdejjaq?

Tkompli s-sensiela Il-Misteru tan-Nannu Ton li tixxandar fl-10.15am fuq TVM. Fl-ewwel episodju tal-lum naraw x’jista’ jiġri aktar. Xewka reġgħet għal darb’oħra ġiet mirbuħa. Imma żgur? Jew qed taħmi xi ħaga oħra? Forsi xi pjan aktar kattiv u aktar ta’ suċċess għaliha? Issa hekk jew hekk, taf x’inhuma dawn il-meżżi perikolużi li tant jibża’ minnhom in-nannu. Forsi terġa’ tirritorna s-sinjura Spedit? U issa li n-nannu, Mark u Sharon, reġgħu lura fid-dinja tagħna se jħallu lil Nusu waħdu?

Tgħid in-nannu jerġa’ jitħajjar imur darb’oħra f’Agii? U fil-ktieb tal-misteri x’qed jinkiteb aktar?

Fit-tieni epiosdju tal-lum, tgħid ix-xemgħat li għamlet ir-ritwal fuqhom Warda se jaħdmu? Se jwasslu lil Mark u lil Sharon fid-dinja ta’ Agii?

Issa li n-nannu rnexxielu jħarrab lil Nusu, fejn sejrin? Hemm x’imkien fejn ikunu ‘l bogħod minn Xewka f’Agii? U Brimbu għaliex hu daqshekk imdejjaq u għandu ġenn biex jitlaq lura lejn Agii?

Imma x’inhuma dawn il-meżżi perikolużi li qrat fuqhom Xewka fil-ktieb tal Misteri? Tasal Xewka tiskopri x’inhuma dawn il-meżżi li permezz tagħhom jirnexxielha tirbaħ lin-nannu u tkun ir-reġina ta’ Agii?

Jieħdu sehem: Jurgen Ciantar, Carly Zarb, Raoul Briffa, Dylan Hili, Amarea Camilleri, Rebecca Ferrante, Mary Scerri Abela,  Louise Cassar u Mike Mifsud fost oħrajn.

Il-Misteru ta-Nannu Ton għandu kitba ta‘ Dominic Said, produzzjoni ta‘ Hermann Bonaci u direzzjoni ta‘ Frida Cauchi.