Brigitte Bardot illum tagħlaq 84 sena

Ritratt: Instagram/brigitteBardotBB

Ilna ma’ nisimgħu biha iżda llum infakkru għeluq snin Brigitte Bardot, li twieldet bħal-lum fl-1934.

Tul il-karriera tagħha, Bardot ħadmet f’47 film, tat sehimha f’bosta musicals u rrikordjat 60 kanzunetta.

Bdiet il-karriera tagħha fl-1952 iżda ma kienx qabel l-1957 li kisbet għarfien internazzjonali wara li ħadmet fil-film kontroversjali And God Created Woman.

Irtirat mix-xena tal-films wara li fl-1973 ħadmet fThe Edifying and Joyous Story of Colinot.

Wara li waqfet mill-films. Bardot impenjat ruħha bħala attivista favur id-drittijiet tal-annimali. Hi għadha sal-lum attiva f’dan il-qasam.

Bardot illum qed tiċċelebra 84 sena.