Tonna u Cini jibqgħu siekta quddiem l-inkjesta pubblika

Brian-Tonna-Karl-Cini
Miguela Xuereb

Read in English.

Brian Tonna u Karl Cini ta’ Nexia BT dehru quddiem il-bord ta’ inkjesta iżda baqgħu siekta hekk kif għażlu li ma jwieġbu għall-ebda mistoqsija la mill-Bord tal-Inkjesta u lanqas mill-avukati tal-familja Caruana Galizia. L-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia hija inkarigata, fost affarijiet oħra, biex tiddetermina jekk l-istat għamilx dak kollu li seta’ biex Daphne ma tinqatilx.

Tonna li kien il-fundatur ta’ Nexia BT, filwaqt li Cini kien is-sieħeb tiegħu fis-servizzi finanzjarji internazzjonali u t-taxxa, jinsabu fuq il-bail tal-Pulizija wara li x-xahar li għadda ġew arrestati.

Il-kumpanija kienet issemmiet b’mod kontroversjali fil-Panama Papers hekk kif kienet responsabbli mit-twaqqif ta’ strutturi finanzjarji offshore għall-eks Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-PM, Keith Schembri, u għat-tielet kumpanija Egrant li s-sid tagħha mhux magħruf.

Aqra x’kienu l-mistoqsijiet li baqgħu bla tweġiba:

15:37 Tiġi fi tmiemha s-seduta tal-lum. Grazzi talli segwejtu Newsbook.com.mt.
Beppe Galea
15:36 Is-seduta li jmiss se tkun nhar il-Ġimgħa fid-9.30am.
Huma mistennija li jixhdu, is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat u Marvin Gaerty.
Beppe Galea
15:35 Dr Jason Azzopardi jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Karl Cini: Tiċħad li l-UBO ta’ Egrant kellha tkun Michelle Muscat?

Cini: Nagħżel li ma nirrispondix.
Beppe Galea
15:34 L-avukat tistaqsi jekk għadux awditur ta' GEM Holdings.

Jagħżel li ma jweġibx.
Beppe Galea
15:33 Dr Comodini Cachia tibda l-mistoqsijiet tagħha.
Tistaqsih dwar ir-relazzjoni tiegħu ma' Muscat, Schembri u Mizzi qabel l-2013. Karl Cini jagħżel li ma jweġibx.
Beppe Galea
15:31 L-Imħallef Mallia: Tikkonferma li Keith Schembri introduċik lil Lalit Modi biex tipproċessa l-applikazzjoni tiegħu għaċ-ċittadinanza Maltija?

Cini: Jiena nagħżel li ma nweġibx.

L-Imħallef Mallia: Tikkonferma li waqt li kienet qed tiġi pproċessata l-applikazzjoni ta' Lalit Modi kont taf li Modi kien imfittex fl-Indja fuq reati ta' korruzzjoni u ħasil ta' flus u li l-gvern Indjan irrevoka l-passaport tiegħu?

Cini: Jiena nagħżel li ma nweġibx.
Beppe Galea
15:29 L-Imħallef Mallia: Meta sirt taf li l-kumpanija tal-Panama ta' Schembri kellha tirċievi flus mingħand il-kumpanija 17 Black? Għandi raġun ngħid li kont taf u li Nexia BT kienet inkarigata li tiftaħ kont bankarju f'isem Schembri?

KC: Nagħżel li ma nirrispondix.
Beppe Galea
15:27 L-Imħallef Mallia jaqra email oħra. Jistaqsi jekk Egrant kinitx f'isem persuna esposta politikament.

Cini jagħżel li ma jweġibx.
Beppe Galea
15:25 L-Imħallef Mallia jistaqsi dwar email li Cini kien bagħat lil Mossack Fonesca fil-25 ta’ Marzu 2013 dwar it-twaqqif ta’ kumpanija u trust fil-Panama. L-benefiċjarju (UBO) ta’ din il-kumpanija ma kienx issemma iżda d-dettalji kellhom jingħataw online. Huwa jistaqsi lil Karl Cini lil min kien ta struzzjonijiet biex jagħti d-dettalji fuq Skype.

Karl Cini jagħżel li ma jweġibx.
Beppe Galea
15:23 L-Imħallef Mallia: Iż-żjara kienet minħabba struzzjonijiet li rċevejt jew għax segwejt struzzjonijiet relatati mas-servizzi mogħtija lil Keith Schembri u Konrad Mizzi?

KC: Nagħżel li ma nirrispondix.
Beppe Galea
15:20 L-Imħallef Mallia: Meta fi Frar 2013 mort il-Panama biex tiltaqa' ma' Mossack Fonesca, int kont qed tagħmel xogħol f'isem Nexia BT, BT International Ltd. jew xi kumpanija oħra li int involut fihom?

KC: Nagħżel li ma nirrispondix.
Beppe Galea
15:17 L-Imħallef Mallia: Int taħt investigazzjoni jew taħt garanzija tal-pulizija?
KC: Nagħżel li ma nirrispondix.

L-Imħallef Mallia: X'inhi r-relazzjoni tiegħek ma' Schembri?
KC: Nagħżel li ma nirrispondix.

L-Imħallef Mallia: Veru li BT International Ltd ħarġet Invoices li jammontaw għal €166,831.90 għal servizzi mogħtija?
KC: Nagħżel li ma nirrispondix.

L-Imħallef Mallia: Tikkonferma li finalment Willerby Trade Inc. tħallset għal dawn is-servizzi?
KC: Nagħżel li ma nirrispondix.

L-Imħallef Mallia: Tikkonferma li Willerby Trade Inc. mhux aġent akkreditat taħt il-programm IPP?
KC: Nagħżel li ma nirrispondix.

L-Imħallef Mallia: Tikkonferma li ġejt imħallas miżati ta' riferiment għal referenzi minn Willerby Trade Inc?
KC: Nagħżel li ma nirrispondix.
Beppe Galea
15:14 L-Imħallef Mallia jispjega dik il-proċedura u li jista' jagħżel li ma jweġibx.
Beppe Galea
15:13 Karl Cini jieħu l-ġurament biex jibda jixhed. Huwa rrappreżentat mill-istess avukat ta' Tonna, Dr Stephen Tonna Lowell.
Beppe Galea
15:12 Jiġu fi tmiemhom il-mistoqsijiet lil Brian Tonna.
Beppe Galea
15:11 Tistaqsi lil Tonna meta sar jaf lil Muscat u jekk Muscat kienx il-klijent tiegħu jew tahx pariri.

Huwa jagħżel li ma jweġibx.
Beppe Galea
15:11 Qed tistaqsi dwar lir-rwol tiegħu u dak ta' Nexia BT fid-diversi stadji tal-Electrogas. Għal darb'oħra, huwa jagħżel li ma jweġibx.
Beppe Galea
15:10 L-Avukat Therese Comodini Cachia tibda tistaqsi lil Brian Tonna.
Beppe Galea
15:09 JA: Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li ordna lill-Ministru Bonnici biex jippermettilek tieħu direct orders?

BT: Mhux se nirrispondi.
Beppe Galea
15:08 JA: Min kien il-benefiċjarju (UBO) ta' Egrant?
BT: Nagħżel li ma nirrispondix.
Beppe Galea
15:05 L-Avukat Jason Azzopardi jibda jistaqsi lil Brian Tonna:

JA: Meta dħalt fl-OPM għall-ewwel darba?
BT: Nagħżel li ma nirrispondix.

JA: Kellek skrivanija f'Kastilja?
BT: Nagħżel li ma nirrispondix.

JA: X'kienet il-klawsola tal-oġġetti ta' B2A – Negozju għall-Asja?
BT: Nagħżel li ma nirrispondix.

JA: Meta ltqajt ma' Keith Schembri f'kapaċità professjonali għall-ewwel darba?
BT: Nagħżel li ma nirrispondix.

JA: Meta ltqajt ma' Cheng Chen f'kapaċità professjonali għall-ewwel darba?
BT: Nagħżel li ma nirrispondix.
Beppe Galea
15:04 L-Imħallef Mallia: Għal liema klijent inkorporajt Egrant inc?

Tonna: Nagħżel li ma nweġibx.
Beppe Galea
15:03 L-Imħallef Mallia: Nexia BT fetħet Rotura Trust fi New Zealand? Tajt servizzi għall-inkorporazzjoni ta' Hearnville Inc.? Tillgate Inc? Egrant?

Tonna: Mhux se nirrispondi.
Beppe Galea
15:02 L-Imħallef Mallia: Tikkonferma li Nexia BT talbet lil Mossack Fonesca biex iżżomm tliet kumpaniji 'shell' – Tillgate Inc., Hearnville, u Egrant?

Tonna: Nagħżel li ma nweġibx.
Beppe Galea
15:01 L-Imħallef Mallia: Meta Cini mar il-Panama fl-2013, kien qed jagħmel dan f'isem Nexia BT, BT international jew kumpaniji oħra li huma tiegħek?

Tonna: Nagħżel li ma nweġibx.
Beppe Galea
15:01 Imħallef Mallia: Tikkonferma li Malmos Ltd hija ta’ Schembri imma int il-firmatarju tagħha?

Tonna: Nagħżel li ma nweġibx.
Beppe Galea
15:00 Tonna lanqas jirrispondi għall-mistoqsijiet dwar prokura mogħtija minn Adrian Hillman lil Karl Cini u Brian Tonna.
Beppe Galea
14:59 Tonna ma jirrispondix għall-mistoqsijiet dwar il-ftehim ta' self b'rabta mas-separazzjoni.
Beppe Galea
14:58 Ix-xhud ma jweġibx għall-mistoqsija dwar l-IIP u dwar jekk Willerby kellhix interessi f'Nexia BT. Tonna la jikkonferma u lanqas jiċħad.
Beppe Galea
14:57 L-Imħallef Mallia jistaqsi dwar jekk Tonna qarax ir-rapport tal-FIAU. Għal darb'oħra ma jirrispondix.
Beppe Galea
14:56 L-Imħallef Mallia: B’mod partikolari, lest li twieġeb mistoqsijiet relatati man-negozju li sar u li jinvolvi lil dawn il-kumpaniji: Willerby, Mossack Fonesca, B2A – Bridge to Asia, u BT International?

Tonna: Nagħżel li ma nweġibx.
Beppe Galea
14:54 Ix-xhud huwa mistoqsi wkoll jekk hux lest li jwieġeb għal xi mistoqsijiet relatati ma' lista twila ta' kumpaniji, inklużi entitajiet li tneħħew mir-reġistru tal-kumpaniji.

Għal darb'oħra, huwa jagħżel li ma jweġibx.
Beppe Galea
14:53 L-Imħallef Mallia jistaqsi lix-xhud dwar is-sidien benefiċjarji tal-proġetti ta' Willerby, NBT, Nexia BT, b’Tonna jgħid li mhux se jwieġeb.
Beppe Galea
14:52 L-Imħallef Mallia jistaqsi lix-xhud jekk weġibx għas-sejħa għall-proposti fil-proġett tal-power station li taħdem bil-gass.

Għal darb'oħra, Tonna għażel li ma jweġibx.
Beppe Galea
14:52 L-Imħallef Mallia: Lest li twieġeb mistoqsijiet dwar ir-relazzjoni tiegħek ma' Keith Schembri, Konrad Mizzi u Joseph Muscat.

Tonna: Nagħżel li ma nweġibx.
Beppe Galea
14:51 L-Imħallef Mallia jispjega l-mandat tal-bord u jistaqsi lil Tonna jekk għandux xi dikjarazzjoni x'jagħmel lill-bord.

Tonna: "Mhux se nwieġeb."
Beppe Galea
14:50 L-Imħallef Mallia jistaqsi lil Tonna jekk hux taħt investigazzjoni jew taħt il-police bail.

Jagħżel li ma jweġibx.
Beppe Galea
14:49 Tonna jagħmel il-ħalfa quddiem il-Qorti.
Beppe Galea
14:48 L-Imħallef Mallia jgħid lill-avukat li l-mistoqsijiet se jsirulu xorta u l-klijent jista' jagħżel li ma jweġibx.
Beppe Galea
14:47 Jgħid li l-klijent tiegħu se jkun qed jinvoka d-dritt li jibqa' sieket u ma jwieġeb għall-ebda mistoqsija.
Beppe Galea
14:46 Dr Tonna Lowell jgħid lill-Qorti li x-xhud huwa suspettat fi tliet istanzi differenti – l-ewwel meta rċieva ordni ta' sekwestru, it-tieni minħabba li kien indikat bħala suspettat f'inkjesta maġisterjali pendenti dwar il-kumpanija 17 Black, u t-tielet investigazzjoni pendenti mill-pulizija hekk kif bħalissa jinsab fuq il-bail tal-Pulizija.
Beppe Galea
14:46 Il-bord jgħid lil Tonna Lowell li rċieva l-email tiegħu.
Beppe Galea
14:44 Jibda jixhed Brian Tonna li fil-Qorti huwa akkumpanjat minn Dr Stephen Tonna Lowell.
Beppe Galea
14:41 Dr Azzopardi jirrimarka li l-avukat ta' Fenech "għamel applikazzjoni mingħajr talba. Xi ħaġa li jitgħallem fil-ħames sena tal-liġi".

L-Imħallef Lofaro tinnota wkoll li m'hemm l-ebda talba waqt li l-Imħallef Mallia jgħid "ma nafx minn fejn ġabhom dawn il-fatti."
Beppe Galea
14:35 Il-bord qed jiddiskuti wkoll it-tielet applikazzjoni li jidher li m'għandha l-ebda talba għall-bord.

Dr Comodini Cachia tinnota li l-argumenti huma l-istess bħal dawk ta’ qabel.

Il-bord jgħid li ma jistax jiċħad l-applikazzjoni għax m'hemm l-ebda talba.
Beppe Galea
14:33 It-talba ta' Fenech ġiet miċħuda bil-bord qies l-applikazzjoni bħala frivola.
Beppe Galea
14:30 Il-bord ta' inkjesta huwa awtorizzat li jmexxi s-seduta kif jidhirlu xieraq u dan mhux miftuħ għall-iskrutinju. Spjega wkoll li s-smigħ tax-xhieda wara bibien magħluqa jipprevjeni l-abbuż.

L-Imħallef Mallia kompla jgħid li l-pubblikazzjoni ta' xhieda li tkun saret wara bibien magħluqa tista’ tipperikola investigazzjonijiet li għaddejjin jew is-sorsi li jipprovdu l-informazzjoni.
Beppe Galea
14:28 Il-bord qed imexxi investigazzjoni dwar l-imġieba tal-istat – dwar ommissjoni u kummissjoni.

L-Imħallef Mallia jispjega li Fenech huwa individwu privat u ma okkupa l-ebda pożizzjoni pubblika.

Sostna għalhekk li Fenech m’għandu l-ebda jhedd f’dawn il-proċeduri.
Beppe Galea
14:25 Wara li rat ir-risposta tal-familja Caruana Galizia, il-bord ta' inkjesta ħareġ id-digriet dwar l-applikazzjoni li għamel Yorgen Fenech.
Beppe Galea
14:19 Dawn qed jiġu diskussi bħalissa u jidher li l-Avukat tal-Istat ma kienx se jwieġeb għal kollha iżda ddikjara li se joqgħod fuq dak li tgħidlu l-Qorti.
Beppe Galea
14:16 Il-Bord jistaqsi jekk l-Avukat tal-Istat weġibx għat-tliet applikazzjonijiet li għamel Yorgen Fenech. Digriet minnhom diġa nħareġ.
Beppe Galea
14:15 Jidħlu l-membri tal-Bord tal-Inkjesta u b'hekk tibda s-seduta tal-lum.
Beppe Galea
14:05 Jidħol l-Avukat Jason Azzopardi.
Beppe Galea
14:03 Tidħol l-Avukat Therese Comodini Cachia.
Beppe Galea
14:03 Ġurnalista ta' Newsbook.com.mt tinsab f'Awla 20 fejn mistennija li jidħlu ż-żewġ xhieda tal-lum: Brian Tonna u Karl Cini minn Nexia BT.
Beppe Galea
14:01 Il-waranofsinhar it-tajjeb u merħba f'din il-LIVE Blogg ta' Newsbook.com.mt.
Beppe Galea

Ftit jiem wara l-arrest tagħhom, il-Bord tal-Accountancy issospenda il-warrants ta’ Tonna u Cini, wara li ġie deċiż li se jibda proċess dixxiplinarju kontrihom.

L-avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qed jassisstu lill-familja Caruana Galziia fl-inkjesta pubblika.