Read in English.
Nhar il-Ħadd 19 ta’ Lulju, Brian Galea rebaħ l-MSSF Trap Grand Prix, organizzat fir-Ranges Nazzjonali tal-Isparar f’Ta’ Kandja.
Miegħu fuq il-podju, kien hemm William Chetcuti li kwalifika fit-tieni post waqt li James Galea Jr. spiċċa fit-tielet post.
Is-sitt finalisti kienu:
William Chetcuti bi skor ta’ 116/125 (ISSF MQS), Christopher Farrugia bi skor 114/125 (ISSF MQS) James Galea Jr. bi skor ta 113/125 + 4 shoot-off (ISSF MQS), Eugenio Borg spara 113/125 + 3 shoot-off (ISSF MQS), Brian Galea bi skor ta’ 112/125 + 3 shoot-off (ISSF MQS), kif ukoll Stephen Vella kellu skor ta’ 112/125 + 2 shoot-off (ISSF MQS).
Riżultati finali:
1 Brian Galea 24/25 + 4/5 + 5/5 + 3/5 + 9/10. Skor: 45 /50
2 William Chetcuti 21/25 + 4/5 + 3/5 + 4/5 + 8/10. Skor: 40/50
3 James Galea Jr. 20/25 + 4/5 + 5/5 + 2/5. Skor: 31/40
4 Eugenio Borg 20/25 + 4/5 + 2/5. Skor: 26/35
5 Christopher Farrugia 18/25 + 4/5. Skor:22/30
6 Stephen Vella 17/25. Skor: 17/25
F’din il-kompetizzjoni ġew reġistrati sitt straights perfetti ta’ 25/25. Dawn kienu tnejn minn William Chetcuti u oħra kull wieħed għal Brian Galea, Eugenio Borg, Stephen Vella u Nico Sciberras.
Kien hemm żewġ tiraturi minn kull klassi li ma waslux għall-istadji finali u kellhom kompetizzjoni oħra ma’ xulxin għall-premijiet tal-iskrataċ.
Ir-riżultati ta’ dawn kien hekk:
1 Raymond Micallef 19/25 + 2 + 0 + 1 shoot-off
2 Anġlu Ciappara 19/25 + 2 + 0 + 0 shoot-off
3 Mario Buhagiar 17/25
4 Christopher Vella 16/25
5 Johan Xuereb 15/25 + 1 + 0 + 2 shoot-off
6 Jacob Attard 15/25 + 1 + 0 + 1 shoot-off
Premji tal-Kategoriji
Nico Sciberras rebaħ il-premju għall-aqwa tiratur tal-ewwel ġurnata filwaqt li Christopher Farrugia ġie ppremjat bit-trofew għall-aqwa tiratur tat-tieni ġurnata.
Nico Sciberras rebaħ ukoll il-kategorija tal-Aqwa Tiratur Żagħżugħ tal-kompetizzjoni waqt li Mikaela Galea irnexxielha tirbaħ it-trofew għall-aqwa atleta mara. Il-kategorija tal-veterani ntrebħet minn John Marmara.
L-aqwa tlett tiraturi f’kull kategorija kienu:
Class A
1 William Chetcuti 116/125
2 Christopher Farrugia 114/125
3 James Galea Jr. 113/125
Class B
1 Mikaela Galea 106/125 (Countback Rule)
2 Raymond Micallef 106/125 (Countback Rule)
3 Anglu Ciappara 106/125
Class C
1 Jacob Attard 103/125
2 Johan Xuereb 95/125
3 Andrew Briffa 93/125
Il-MSSF Trap Programme jkompli nhar il-Ħadd 26 ta’ Lulju fis-Southern Shooting Club bil-Brincat Trophy.