Brexit: Xkanatura oħra għal May; vot ta’ sfiduċja għada

Il-Parlament Ingliż ivvota kontra l-ftehim propost minn Theresa May dwar Brexit b’201 voti favur u 432 vot kontra. May qalet li minkejja li l-Membri Parlamentari vvutaw kontra ħadd minnhom għadu ma propona alternattiva għal dak li qed tfassal hi. 118-il votant huma propju mill-istess partit ta’ May.

Wara r-riżultat, il-Prim Ministru Ingliża qalet lill-Membri Parlamentari li jekk il-mexxej tal-Partit Laburista, Jeremy Corbyn, iressaq mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Gvern, dan isir dibattitu fuqu għada. Wara li qalet hekk Corbyn ressaq mozzjoni ta’ sfiduċja fejn sostna li din kienet l-ikbar telfa għall-Gvern mill-1920.

Ir-riżultat għadu kemm inħareġ b’mod uffiċjali wara li indikazzjonijiet bassru t-telfa ta’ May.

Rapport dettaljat hawn.