Brexit u l-varjant tal-Covid-19 jiżolaw lir-Renju Unit

Pajjiżi madwar id-dinja għalqu l-fruntieri tagħhom lejn il-Gran Brittanja fl-aħħar siegħat minħabba l-biżgħa tal-varjant tal-koronavirus li huwa infettiv ħafna. Dan l-għeluq kkawża kaos fl-ivvjaġġar u żied il-prospett ta’ skarsezza ta’ ikel li jikkonċidu mal-perjodu li jġib fi tmiemu l-perjodu ta’ transizzjoni fir-relazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea wara l-Brexit. 

Apparti għadd ta’ pajjiżi mill-Unjoni Ewropea, l-Indja, il-Pakistan, l-Iżvizzera, ir-Russja, il-Ġordan u Hong Kong issospendew l-ivvjaġġar għall-Brittaniċi wara li l-Prim Ministru Boris Johnson qal li varjant tal-virus ġie identifikat fil-pajjiż. 

L-Arabja Sawdita, il-Kuwajt u l-Oman għalqu l-fruntieri tagħhom għal kollox.

L-esperti mediċi qalu li dan il-varjant jista’ diġà jkun qed jiċċirkola f’pajjiżi u ma ġiex identifikat minħabba metodi ta’ analiżi u eżami nqas avvanzati mir-Renju Unit.

L-ikbar problema qamet wara li Franza għalqet il-fruntiera tagħha għat-trasport ta’ nies u trakkijiet Renju Unit li fissret l-għeluq ta’ waħda mill-aktar arterji kummerċjali importanti mal-Ewropa kontinentali.