Brexit tkun “rigressiva u negattiva”

L-eks-Prim Ministru tal-Irlanda, Bertie Ahern, qal li Brexit tkun “kemm rigressiva kif ukoll negattiva”.
Ma’ Sky News, Ahern qal li jekk ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea, din se tħalli impatt negattiv ħafna fuq l-Ingilterra u fuq l-Irlanda.
Saħaq li “Aħna nkunu l-unika pajjiż li għandu fruntiera mal-Ingilterra, u ovvjament dan ifisser li oħrajn se jisfruttaw u jikxfu dan il-fatt.”
Qal li “Minn punto di vista ta’ negozju, l-Ingilterra u l-Irlanda se terġa’ tidħol id-dwana”.
Il-kummenti ta’ Bertie Ahern ġew wara li s-Segretarju għax-Xogħol u l-Penzjonijiet, Stephen Crabb, wissa li l-familja se jkollhom jaffaċċjaw konsegwenzi “diżastrusi” jekk ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea.