Brexit: Spanja żżomm lill-Ingliżi jekk ir-Renju Unit iżomm l-Ispanjoli

September 22, 2019. REUTERS/Jon Nazca

Il-Gvern Spanjol diġà għadda liġijiet li jipproteġu t-365,967 migranti Brittaniċi wara Brexit. Però, qed titlob li r-Renju Unit tagħmel l-istess minn naħa tagħha biex tipproteġi l-migranti Spanjoli li qed jgħixu hemm.

Il-Gvern Spanjol qal li jekk mhux se jiġri l-istess minn naħa tar-Renju Unit, il-liġijiet ta’ Spanja jitwaqqfu wkoll. Hemm daqs 180,000 Spanjol li jgħix fir-Renju Unit bħalissa. Il-futur tal-migranti taż-żewġ pajjiżi jiddependi fuq il-ftehim ta’ Brexit kif se jkun.

Il-Gvern Ingliż s’issa għandu skema fejn ċittadini tal-Unjoni Ewropea se jonqsulhom d-drittijiet li bħalissa għandhom taħt l-liġi tal-Unjoni Ewropea. Din tieħu forma ta’ status “settled”, li għandha kundizzjonijiet ġenerużi, u “pre-settled” li hija iżjed limitata.