Il-PM jgħid li l-Ingliżi messhom jagħmlu referendum ieħor dwar Brexit

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Brexit se tiswa lir-Renju Unit biljuni ta’ Ewro.
Huwa kien qed jitkellem ma’ Hala Gorani fuq CNN.  L-istazzjon internazzjonali intervista lill-Prim Ministru Malti wara li riċentement, f’intervista mal-gazzetta Ġermaniża De Volkskrant qal li jemmen li Brexit mhux se jseħħ.
Dr Muscat qal lis-CNN li ħadd fl-Unjoni Ewropa mhu kuntent li l-Ingliżi se jitilqu. Żied jgħid li l-kont ta’ biljuni ta’ Ewro li l-Ingliżi se jkollhom iħallsu, mhux xi kastig iżda dak li l-Ingliżi għandhom jagħtu minħabba l-impenji tagħhom bħala membri tal-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru Malti qal ukoll li fl-opinjoni tiegħu għandu jkun hemm referendum ieħor fir-Renju Unit. Jemmen li f'dan ir-referendum, il-mistoqsija għandha tkun,jekk il-votanti jkunux kuntenti bil-ftehim li jkun sar u bit-tip ta’ Brexit li jkun se jseħħ.