Brexit: Farage jappella lill-UE biex tirrifjuta estensjoni għall-ftehim

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May offriet lill-Membri Parlamentari Ingliżi ċ-ċans li jivvutaw dwar nuqqas ta’ ftehim ta’ Brexit. Bħalissa, il-Parlament Ewropew qed jiddiskuti l-effetti ta’ dan fuq l-Unjoni Ewropea.

Dan il-vot se jkun it-tielet darba li Membri Parlamentari fil-Kamra tad-Deputati tħallew jiddeċiedu dwar xi jsir fuq il-qbil tar-Renju Unit mal-UE. Dan wara li lbieraħ May tilfet it-tieni vot dwar il-ftehim.

Frans Timmermans, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, qal li Brexit se jkun ta’ ħsara kbira fuq l-UE, u li jridu jnaqqsu l-impatt tiegħu kemm jistgħu.

L-MEP Verhofstadt spjega li jekk ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea, dan ikun falliment tal-UE, imma hu qed jikkunsidra l-possibbiltà li r-Renju Unit jirritorna fl-UE ‘l quddiem, meta jkun jifhem aħjar lill-ġenerazzjoni żagħżugħa. Huwa kompla jgħid li Brexit huwa t-tir qattiel fi problema li ż-żewġ partiti qed jużaw biex joqtlu lil xulxin. Qal ukoll li jeħtieġ li l-partiti jsibu qbil bejniethom favur il-pajjiż.

Il-mexxej tal-Partit Indipendenti tar-Renju Unit, Nigel Farage, qal li r-Renju Unit għandu jitħallas jitlaq fid-29 ta’ Marzu mingħajr estensjoni. Qal li aktar ma jmur, donnhom in-nies aktar qegħdin juru x-xewqa li jitilqu mill-UE. Huwa appella lin-negozjatur tal-Brexit Michel Barnier biex jirrifjuta jekk Theresa May titlob estensjoni għall-ftehim.

AQRA: Brexit: Aġġornata: May titlef it-tieni vot dwar il-ftehim tagħha

Ilbieraħ, kien hemm distakk 149 vot kontra t-tieni tentattiv ta’ May biex tassigura sapport għall-ftehim ta’ Brexit.

Fil-plenarja tal-Parlament Ewropew illum, qed jiġu diskussi l-effetti tal-vot tal-bieraħ f’dibattitu mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u l-Kap Negozjatur tal-UE Michel Barnier.

Aqra iktar hawn.