Brexit problema akbar għar-Renju Unit milli għall-UE

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen fl-indirizz tagħha fil-Parlament Ewropew qalet li Brexit se tkun ta’ ħsara akbar għar-Renju Unit milli għall-Unjoni Ewropea. Hija qalet li n-negozjati li ġejjin dwar Brexit se jkunu importanti ħafna.

Ven der Leyen qalet li jekk dawn in-negozjati ma jiġux konklużi sa’ Diċembru 2020, din se tkun sfida kbira u se jerġgħu jiġu affaċċjati b’sitwazzjoni imwiegħra.