Brexit: MPs jopponu t-timetable tal-abozz

Britain's Prime Minister Boris Johnson speaks at the House of Commons as parliament discusses Brexit, sitting on a Saturday for the first time since the 1982 Falklands War, in London, Britain, October 19, 2019, in this screen grab taken from video. Parliament TV via REUTERS

L-MPs ivvutaw kontra proposta biex jiġi eżaminat l-abbozz ta’ Brexit ta’ Boris Johnson fil-parlament tar-Renju Unit fi tliet ijiem.

Skont il-BBC, il-Commons appoġġja l-Withdrawal Agreement Bill aktar kmieni, però issa vvota kontra t-timetable qasira.

Aktar kmieni, il-PM avża li jsejjaħ għal elezzjoni jekk l-MPs jivvotaw kontra l-pjan u l-UE tagħti estenzjoni għad-deadline ta’ Brexit fl-31 ta’ Ottubru.

Wara l-vot, Johnson qal lill-Commons li kien se jagħmel pawża fuq il-leġiżlazzjoni sakemm l-UE tiżvela l-intenzjonijiet tagħha.

Brexit: Mhux se jsir vot illum