Brexit: MPs Ingliżi jerġgħu jivvutaw dwar l-alternattivi għall-ftehim

Wara li l-ġimgħa, il-Prim Ministru Ingliża affaċċjat it-tielet telfa għall-ftehim tagħha għal Brexit, il-Membri Parlamentari Ingliżi llum se jkunu qed jivvutaw mill-ġdid dwar alternattivi oħrajn għall-ftehim.

Tmien alternattivi se jiġu ppreżentati lir-rappreżentanti tal-House of Commons li se jkunu qed jivvotaw fuqhom. Dan huwa t-tieni sett ta’ voti indikattivi wara li l-ġimgħa l-oħra tmien mozzjonijiet oħrajn ġew irrifjutati.

Il-Membri Parlamentari se jkunu qed jivvutaw dwar il-mozzjonijiet fid-9pm illum.